Skip Ribbon Commands
Skip to main content

Elettriku

 

Id-Direttiva dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku tad-19 ta’ Diċembru 1996 kienet timmarka l-bidu tal-proċess formali tal-integrazzjoni tas-suq għall-elettriku fil-livell tal-UE.  It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija u l-konklużjonijet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 taw għodod ġodda u spinta ġdida lill-proċess.

Filwaqt li diġà sar progress sinifikanti lejn l-istabbiliment tas-Suq tal-Elettriku Intern, għad hemm bosta ostakoli li għandhom jingħelbu qabel ma jinkiseb suq tassew integrat għall-elettriku fl-UE:  l-adozzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi tan-Netwerks żviluppati mill-2011, l-integrazzjoni effiċjenti u sikura tal-ġenerazzjoni intermittenti marbuta mas-sorsi tal-enerġija rinovabbli, u l-implimentazzjoni ta’ qafas regolatorju stabbli għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi ġodda għan-netwerk trans-Ewropew.

Id-Dipartiment tal-Elettriku tal-ACER huwa maqsum f’erba’ oqsma ta’ ħidma, li kollha kemm huma għandhom l-għan li jappoġġjaw il-proċess ta’ integrazzjoni tas-suq:

  • Linji Gwida Qafas u Kodiċi tan-Netwerk
  • Inizjattivi Reġjonali għall-Elettriku
  • Żvilupp tal-Infrastruttura u n-Netwerk
  • Monitoraġġ tas-Suq

Bl-għajnuna tal-isforz sostnut tal-ARN u l-appoġġ kontinwu tal-partijiet interessati kollha, id-Dipartiment tal-Elettriku tal-ACER huwa determinat li jilqa’ l-isfidi kollha assoċjati mal-ħolqien ta’ suq tal-elettriku Ewropew li jiffunzjona tajjeb, li huwa kompetittiv, sikur u sostenibbli, li jwassal benefiċċji tanġibbli lill-konsumaturi Ewropej.

​​​