Skip Ribbon Commands
Skip to main content

Organizzazzjoni

L-ACER hija magħmula kemm minn persunal permanenti kif ukoll minn esperti sekondati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (ARN) fil-qasam tal-enerġija.  L-attivitajiet regolatorji tal-Aġenzija huma mmonitorjati minn Bord tar-Regolaturi, magħmul minn rappreżentanti għoljin tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-enerġija tat-28 Stat Membru.

L-attivitajiet amministrattivi u baġitarji tagħha jaqgħu taħt is-superviżjoni ta’ Bord Amministrattiv, b’membri li jinħatru mill-istituzzjonijiet Ewropej.

Finalment, il-Bord tal-Appell tal-ACER huwa parti mill-Aġenzija iżda indipendenti mill-istrutturi amministrattivi u regolatorji, u jittratta l-ilmenti mressqa kontra d-deċiżjonijiet tal-ACER.​

​​​